Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni-Gharb

L-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni Gewwa l-Gharb Ghawdex giet imwaqqfa sewwasew nhar it-Tnejn 14 ta`Lulju 2003. F`din il-Jum gie iffurmat ukoll l-ewwel kumitat ta` l-Ghaqda li gie maghmul minn 15 il-membru.
Meta beda jiffunzjona l-Kumitat,mill-ewwel haseb biex johrog ittra ta`informazzjoni dwar it-Twaqqif ta` l-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni. Din l-ittra flimkien ma` zewg applikazzjonijiet, wahda ghal dawk li xtaqu jissiehbu membri fl-Ghaqda u l-ohra ghal dawk li xtaqu jitghallmu xi strument tal-Banda tqassmu lill-familji kollha ta`l-Gharb mall-bullettin tal-parrocca,fejn imbghad dawn l-applikazzjonijiet gew migbura mill membri tal-kumitat nhar is-Sibt 26 ta` Lulju 2003.Il-Konkorenza kienet tajba hafna tant li ngabru `l fuq minn elf lira bejn memberships tal-membri u kif ukoll hafna taw xi donazzjonijiet. In-numru ta`dawk li xtaqu jitghallmu jdoqqu xi strument kien ta` madwar mitt ruh, li l-eta` tvarja minn tfal ta` 7 snin sa adulti.
FL-Laqgha Partikulari Il-kumitat iddecieda li navvicinaw lis-Surmast Sunny Galea rigward it-taghlim u xiri ta`l-istrumenti. Kif ukoll gie mistieden ghal Laqgha fejn offrejnielu l-Kariga ta`Surmast Direttur ta` l-Ghaqda izda dan ma accettax minhabba impenji ohra.
Rigward ix xiri ta` l-Istrumenti dawn gew mixtrija tad-Ditta Amati u ngabu minn Malta Nhar is-Sibt 25 t`Ottubru 2003. Dawn inghaqdu ma` 14 il-strument iehor li kienu inghataw bhala Donazzjoni lill-GhaqdaMuzikali Vizitazzjoni minn Massafra gewwa Italja. Dawn listrumenti gew imbierka nhar is Sibt 22 ta` Novembru 2003.kif ukoll dak inhar gie inawgurat il-Lokal ta` L-Ghaqda li huwa parti mic-Centru Parrokkjali.Dakinhar Saret quddiesa koncelebrata mill-Isqof Nikol G. Cauchi, fil-prezenza ta` diversi personalitajiet distinti, membri ta` l-ghaqdiet u l-poplu ta` l-Gharb. Wara l-quddiesa, l-membri tal-kumitat refghu il-bandiera minn kull tarf taghha u mxew biha lejn ic-Centru Parrokkjali fejn giet imtella` ghall-ewwel darba ma`Arblu ta 60 pied li gie rregelat lil Ghaqda minn Nazzaren Vassallo.Sar il kxif ta`Lapida Kommemorattiva ,wara sar it tberik tas sala u liffirmar tal ftehim li bih jista jintuza parti mic centru ghall uzu tal Banda.Sar ukoll Ktejjeb ghal dawk kollha prezenti fejn setghaw ihallu l firma taghhom bhala vizitaturi.
It-Taghlim tal-Banda beda sewwasew is-Sibt 30 ta` Awissu 2003 Minn Renance Aquilina bit-Tejorija ,fejn laljievi gew maqsuma skond l-eta` fi 3 klassijiet dawk ta bejn is 7 u 11-il sena,bejn it 12-u 15-il sena u klassi ohra minn 16 il quddiem,fejn aktar il quddiem dawn gew maqsuma fi klassijiet individwali skond listrumenti li xtaqu jitghalmu.
L-Ghalliema Prezenti ta` lGhaqda Vizitazzjoni huma:
Mr. George Camilleri - Sezzjoni(Ram)
Mr. George - Sezzjoni (Klarinetti/Flutes)
Mr. Alvin Pace - Sezzjoni (Saxophones)
Mr Carmel - Sezzjoni (Percussion)
Nhar il-Hamis 23 ta` Dicembru 2004,kien Jum Importanti u Memorabbli ghall- l-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni ghaliex daqqet ghall-ewwel darba bhala Banda f`attivita` tal-Milied li giet organizzata mill-Kunsill Lokali, ic-Centru Parrokkjali u l-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni.
Din is-Serata saret fis-Sala tac-Centru Parrokkjali ta`l-Gharb fejn il Banda Vizitazzjoni daqqet numru ta` Inijiet tal-Milied,il-Konkorenza tan-Nies kienet qawwija hafna. Il-Banda daqqe ghalewwel darba mat-Toroq ta`l-Gharb fejn hadet hadet sehem ukoll fil-Purcissjoni tal-Bambin organizzata mill-membri tal-Museum nhar it-Tnejn 27 ta` Dicembru 2004.