FESTA 2003

       

 

    

 

IL-FESTA T-TAJBA LIL KULHADD

VIVA Z-ZEWG


l-Festa Fl-Gharb Matul Iz-Zminijiet

 

Fl-antik il-Festa kienet issir fil-gurnata propja, jigifieri fit-2 ta`Lulju.Mill-1954`l hawn il-Festa bdiet Issir fl-ewwel Hadd ta` Lulju.

Fil-Bidu tal-1853, Il-Vigarju Kurat Dun Guzepp Agius, stieden lill-Poplu kollu tar-Rahal biex jikkontrubwixxi ghall-istatwa Padruna Qaddisa Taghhom. Il-Poplu kien tassew generuz li l-istatwa malajr saret fil-Belt Valletta mill-Istatwarju Malti Guzeppi Vella maghruf bhala Mastru Pepp.L-istatwa giet tiswa mal-200 skud li jigu Lm 16.67 ta` illum.

Fil-1858, Il-Kanonku Dun Guzepp Galea beda jahseb biex isebbah il-Faccata tal-Knisja Ghall-granet tal-festa b`tazzi ikkuluriti mimlija biz-zejt li kienu jinxtielghu fil-granet tal-festa ghax dak iz-zmien ma kienx hemm dawl elettriku.Kien fil-1931 li beda jintuza l-elettriku b`mutur imhaddem minn Antonju Sacco-ezattament meta inxteghlu ghall-ewwel darba l-kampnari.Fil-Festa,kienet issir ukoll huggiega kbira mill-injam, hatab u affarijiet ohra mwarba li jkunu tajba biss ghan-nar.

Fl-1916 saru wkoll xi pedestalli ghall-istatwi ta` l-angli li jintremaw madwar iz-zuntier.Fl-1919 lahaq prokuratur Dun Guzepp Galea u beda jsir il-loghob tan-nar ta` kull sena. Haseb ukoll biex jinxtraw xi trofej, globi u tazzi biex ikunu jistghu jzejnu it-toroq.Kien ukoll ikun hemm xi nies li jigu msejha ta` kull sena biex jarmaw l-antarjoli mat-toroq principali.Kien hemm min ukoll jahseb ghall-isparar tal-murtali fil-granet tat-tridu u tal-festa. Dakinhar ,kien ghadu ma nkitibx l-innu l-kbir,imma kien hemm xi kor zghir ta` tfal li kienu jkantaw l-Ave Maria.Fis-sena 1929, il-Professur Luigi Billion kiteb minghajr hlas l-innu l-kbir bit-Taljan li ghadu jitkanta sa illum lejlet u nhar il-festa.

Fl-1945 regghet bdiet issir id-Dimostrazzjoni bl-istatwa tal-Visitazzjoni wara li kienet inqatghet fl-1934 minhabba l-gwerra .Fl-1 ta` Lulju 1947,izzanzanil-Palk fejn jindaqqu l-innijiet f`Jum il-Festa .Fl-1929,sar pedestall gdid ghall-istatwa ta` barra .Fis-7 ta` April 1948,il-Kanonku Amante Buontempo kiteb innu gdid ghall-waqt it-tlugh ta` l-istatwa fuq il-pedestall

FL-1979 inkiteb l-innu ta` l-Inkurnazzjoni u fl-1986 inkiteb l-innu Marcia bl-isem "Iz-Zjara ta` Marija f`Hebron" u ndaqq l-ewwel darba fid-Dimostrazzjoni ta` l-istess sena mill-Baned ta` Ghajnsielem u x-Xewkija. Fil-Festa jiehdu sehem erba baned. Dawn huma:- il-Banda Saint Joseph ta` Ghajnsielem, il-Banda Leone tal-Belt Victoria u dik Maltija Peace tan-Naxxar.

Ritratti mill-Festa


Last Updated June 24,2003