L-Gharb huwa r-rahal tal-Punent ta` Ghawdex. Il-Kelma Gharb gejja mill-ilsien Gharbi li jfisser inzul ix-xemx. Bl-Gharbi il-Kelma Gharb Tinqara (herb) L-Gharb Parrocca-Il-Knisja Parrokkjali FI-1675 inhasset il-htiega li l-popli ta madwar il-knisja tal-Virtu jinqata parrocca. it-talba lil-Isqof saret ghal dawn ir-ragunijiet, * Il-popolazzjoni kienet tlahhaq il-500 ruh. * Il-boghod ta' madwar hames mili mill-Matrici kien qed jikkaguna inkonvenjenza ghall-amministrazzjoni tas-Sagramenti. L-Isqof Girolmu Molina baghat lill-Vigarju Generali tieghu, Mons. Dovik Famucelli halli jivverifika. Dan ra l-bzonn u ta r-relazzjoni bil-miktub (Process ta`10 folji) fil-18 ta`, Awissu, 1679. Mons, Famucelli kien tal-fehma li tista' ssir parrocca fil-knisja tal-Madonna tal-Virtu'. L-lsqof Molina qata I-Parrocca ta`l-Gharb mill-Knisja Matrici (illum Katidral) fid-29 ta` Awissu, 1679. Ghazel il-knisja ta`' Santa Marija tal-Virtu taht it-Titlu tal-Vizitazzjoni tal-Madonna. Din Il-knisja qadima hija msejha mill- poplu bi tliet ismijiet: "ll-Knisja tal-Virtu`; "Il-Knisja t'Isfel" :u"Il-Knisja taz-Zejt".Il-Kontrada tal-parrocca l-gdida, GHARB, tmiss parti mal-bahar, u parti ma' l-Gholja ta` Dbiegi u t'Ghammar. F'dan Iz-zmien il-Knisja Parrocca ta` Santa Marija tal- Virtu kellha tahtha l-Knisja ta` San Lawrenz Martri ftit `il boghod minnha; il-Knisja ta` Santa Marija ta' Pinu ta` Ganne Gorgium De Moscati u Knejjes ipprofonati ta': San Pietru, San Anton, Salvatur u Santa Marija ta` Dbiegi. L-ewwel kappillan intghazel fil-11 ta` Settembru, 1679. L-ewwel maghmudija Ii saret mill-Kappilan Dun Gamri Cammilleri saret fil-5 ta` Dicembru 1679. L-ewwel Grizma ta` l-Isqol saret mill-lsqof Mons. Cocco Palmeri fit-23 t'April 1687 u fit-23 ta` Novembru l679 saret l-ewwel difna fil- Knisja. ll-Knisja tal-Virtu damet isservi ta' Parrocca sal-1729 bI-istess pizijiet u kundizzjonijiet tal- Parrocca tax-Xewkija , l-unika Parrocca Ii saret qabel dik ta' l-Gharb. Maz - zmien, il-poplu beda jikber u I-Knisja tal-Virtu` saret zghira. Fl-1698 iI-poplu ta` l-Gharb baghat rikors lill-Gran Mastru Fra Rajmondu Perellos (SpanjoI) u talbuh post pubbliku fiI-qalba tar-rahal u kapaci ghall-bini tal -Knisja I-gdida, illum Arcipretali, Kolleggjata, Bazilika u Matrici.Dan ta` permess biex it-talba tigi mghoddija lill-Kunsill ghall-pariri tieghu.Dan ma sab ebda oggezzjoni u ghalhekk il-Gran Mastru hareg il-Permess fis-27 ta` Settembru 1698.Intghazel ghal dan il-Ghan,post sabih,arjuz u gholi ghogob lil kulhadd. Beda jsir il-gbir ghall-bini,xhin ingabret somma mhux hazin saret il-pjanta tal-knisja minghand Guzeppi Azzopardi mil-Birgu mlaqqam (iz-zghir)Il-Pjanta saret fuq xebh tal-knisja ta` Sant Anjeze fi piazza Navona f`Ruma.Ftit wara beda l-bini mill-imghallem Dijonisju Carnemolla mill-Gharb stess.Fl-1699 Il-Kappillan Dun Gamri Camilleri pogga u bierek l-ewwel gebla.Il-bini waqaf ghal madwar ghaxar snin minhabba l-mewt tal-bennej. Fl-20 ta` Novembru 1715 rega beda l-gbir biex jitkompla l-bini,fix-xahar ta` April 1717 rega beda x-xoghol fil-knisja l-gdida,il-ge4bel kien jiqata mill-barriera ta`Guzepp Debrincat li kienet f`dan ir-rahal imsejha ta` "Brenda".F`Novembru 1726 spicca ix-xoghol kollu tal-bini.Dun Frangisk Adeodato Formosa Pro Vigarju ta`L-Isqof t`Ghawdex bierek l-Artal maggur fejn gie mqieghed is-Santissimu Sagrament u tkantat l-ewwel quddiesa.Lisqof mons.Fra Pawlu Alpheran De Bussan(Franciz),meta gie Ghawdex fl-1729 biex jaghmel l-ewwel vizta Pastorali tieghu,rega bierek il-knisja b`sollenita skond ir-rit preskritt fic-cerimonja ta` l-isqfijiet.Fir-raba Vizta Pastorali tieghu,l-Isqof De Bussan,fit-28 ta` Settembru,1755,ikkonsagra l-knisja. Il-Popolazzjoni ta` l-Gharb matul is-snin: Sena - Nies L-Gharb u l-Madonna Harsa hafifa lejn l-istorja ta` Ghawdex turi wisq tajjeb kemm l-Gharb sa minn zmien ilu kellu qima qima lejn il-Madonna.fl-1545 fil-Vista Pastorali ta` Mons. Isqof Fra Dumink Cubellus,insibu li l-Vigarju Dun Guzepp Manduca zar il-Kappella ta`l-Assunta fir-raba ta` Pinu Gauci fil-limiti ta` Ghammar .Id-Devozzjoni aktarx bdiet fl-1400.Qabell-1432 fuq l-gholja ta` Dbiegi nsibu il-Kappella tal-Madonna tad-Dawl.Fl-1596 iul-Papa Klement VIII kien ta l-Indulgenza Plenarja lil min izurha fil-Lunzjata,u fil-15 ta`Awissu. Fl-1575,Mons Pietru Duzzina fuq talba tal-Papa Girgor XIII sab tliet knejjes minn tmienja fl-Gharb,iddedikati lill- Madonna: Tal-Virtu(Taz-Zejt), Ta`Pinu, u ta` l-Assunta fil-limiti tal-Madliena.Wara l-Pesta ta l-1592 saret nicca tal-Kuncizzjoni fit-tarf ta` l-Gharb. Meta l-Gharb sar parrocca d-Devozzjoni lejn il-Madonna kibret.Fil-21 ta` Marzu,1688 twaqqfet il-Frattelanza tar-Ruzarju fil-Knisja taz-Zejt,u saret statwa minn zokk ta` sigra bi xbiha tal-Madonna.L-awtur ta` manuskritt fil-Katidral ta` l-Imdina ighid "Mill-Post tidher qadima hafna, u wiehed mill-aktar santwarji antiki f`din il-Gzira,iddedikati lill-Madonna fis-seklu 14. Id-Devozzjoni kompliet tikber meta fl-1792 tlesta l-bini tal-knisja l-gdida illum Kolleggjata u Bazilika,bdiet il-Kitba fil-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu.Fl-1746,l-Isqof Pawlu Alpheran,meta kien Ruma,gab digriet biex l-Uffizjatura ssir fil-Hdud u l-Festi tal-Precett.Ta Kuljum kienet titkanta l-Antifona tal-Vizitazzjoni tal-Madonna.Kull nhar ta Sibt,wara t-talba ta` l-Eghluq il-Jum,kienet titkanta litanija tal-Madonna ,kif ukoll lejliet il-festi kollha tal-Madonna u fin-Noveni tal-Milied. Fl-1739,Fra Melkjor Agius,qassis ghawdxi ta` l-Ordni ta` San Gwann,ta lill-Knisja ta` l-Gharb bicca mill-Velu li l-Madonna ghattiet bih lil Binha Gesu` fil-Grotta ta` Betlem. Fl-1863,il-Vigarju Kurat Dun Guzepp Agius gab permess minghand l-Isqof Publiju M.Sant biex issir il-Vara tal-Vizitazzjoni.Din l-Istatwa nhadmet mill-Imghallem Guzepp Vella maghruf ahjar bhala (mastru pepp) mill-Belt Valletta. Wara li tbierket mill-Isqof l-Istatwa tpoggiet fil-Knisja ta`l-Erwieh tal-Belt Valletta. Fis-17 ta` Ottubru,1802, twaqqfet il-Frattelanza tac-Cintura u giet maghquda ma dik ta` San Gakbu l-Kbir ta` Bologna u S. Wistin gewwa Ruma.Fis-sena 1869,saret l-Istatwa tal-Madonna tac-Cintura mill-Imghallem Gilormu Darmanin.Fl-14 ta` Mejju,1893,il-Patri Pirjol Beneditt Bonnici O.P. ghaqqad il-Frattelanza tar-Ruzarju mal-Kongregazzjoni ta` l-Ordni Dumnikan.Fl-1903,saret l-istatwa l-gdida tal-Madonna tar-Ruzarju.Din ingabet minn Marsilja u nhadmet minn L.Ramat.Fit-8 ta` Mejju,1955,l-Isqof Mons.Guzeppi Pace bierek l-Istatwa tal-Madonna ta` Fatima.Din nxtrat mill-Arcipriet G.Borg Zammit mill-Belt Valletta u giet indurata mis-Sur Willie Attard. Lista ta` nicec li jinsabu mxerdin ma l-Gharb: * Il-Kuncizzjoni-ta` Wistin Camilleri, * L-Assunta-ta` Antonju Zammit, * Il-Madonna tal-Karmnu-mahduma fil-Gebel minn Alessandru Farrugia fl-1838, * Il-Madonna tal-Grazzja-ta` Wistin Camilleri, * Il-Madonna tal-Vizitazzjoni-Fl-1946 restawrata minn Wistin Camilleri. Fl-1932,bdiet l-Azzjoni Kattolika fl-Gharb taht il-harsien tal-Madonna ta`Pinu. Fit-18 ta`Gunju,1966,il-Legion of Mary ghamel l-ewwel laqgha fl-Gharb. Fil-25 ta` Lulju,1979,saret l-Inkurnazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Kolleggjata Bazilika u Matrici ta` L-Gharb. L-Arciprieti tal-Parrocca matul iz-zmien: Isem - Data Copyright (c) 1999-2001 Alvin Pace All Rights Reserved |